Lokali
“In-nies għandhom raġun jirrabjaw, anke l-Gvern irrabjat” – PM dwar il-binja li ġġarrfet

Meta kien mistoqsi dwar il-bini li ġġarraf fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-nies għandhom raġun jirrabjaw għax anke l-Gvern irrabjat dwar li ġara. Qal li mhux se jikkummenta dwar il-każ partikolari iżda saħaq li hemm responsabiltajiet tal-professjonisti li għandhom il-warrant. Qal li l-Perit huwa responsabbli meta jiffirma l-affarijiet.

Qal li għaddej xogħol dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ġdida u din il-ġimgħa se jlaqqa’ l-partijiet konċernati biex jisma’ x’għandu jsir dwar dan il-qasam.

Il-Prim Ministru wieġeb ukoll dwar il-persuna li se tmexxi l-Kummissjoni Ewropea. Huwa qal li Malta qed tappoġġja lil Frans Timmermans  bħala kandidat tas-Soċjalisti Ewropej. Qal li din mhix kwistjoni ta’ ġlieda bejn fazzjoni u oħra li tispiċċa b’vot li tibda Kummissjoni Ewropea fuq pass żbaljat.

Il-Prim Ministru jwieġeb ukoll dwar is-Summit tal-Kunsill Ewropew.

Ara l-kummenti tal-Prim Ministru hawn: