Knisja Maltija
‘In-nies ġieli jħossuhom numru waqt il-Quddies’ – kappillani

Għaliex l-attendenza tal-Quddies qed tonqos?

Xi jdejjaq lin-nies fil-Quddies?

X’qed tagħmel il-Knisja wara li ħarġet l-istatistika li turi 40% biss jattendu l-Quddies il-Ħadd?

Waqt il-programm TVAM żewġ kappillani, Dun Joe Mizzi u Dun Josef Mifsud iddiskutew l-istħarriġ li kien sar dwar il-Quddies. L-istħarriġ kien sab wera li 40% biss tal-Insara Kattoliċi jattendu l-Quddies il-Ħadd. Stħarriġ ieħor li kienet għamlet il-Knisja juri li 70% tal-Insara Maltin jattendu l-Quddies darba fix-xahar.

Dun Joe Mizzi spjega li r-realtà tal-ħajja soċjali qed tinbidel b’mod mgħaġġel u r-realtà tal-Quddies xejn anqas.

Fl-aħħar jiem is-70 kappillan ta’ Malta nġabru flimkien għal-live in li matulu ddiskuttew l-istħarriġ dwar il-Quddies.

Waqt l-intervista l-Kappillani nnotaw li hija responsabbiltà ta’ kull saċerdot li jipprepara sew għall-quddies u dan mhux għall-omelija biss iżda wkoll għall-kant, qari u kif tkun armata l-Knisja.

Innotaw ukoll l-importanza tal-komunità u li n-nies ma jħossuhomx numri waqt il-Quddies. Għaldaqstant il-Kappillani qalu li ċerti parroċċi qed jieħdu inizjattiva biex joħolqu l-komunità anke b’affarijiet żgħar fosthom li wara l-Quddies joffru l-kafè u t-te.

Ara l-intervista sħiħa li saret fuq TVAM f’TVMi.  TVAM jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7am.

Ara wkoll:

Ċensiment u studju juru li 40% jattendu għall-quddies f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Sigurtà

‘Il fuq minn ħamest elef atleta, żewġ terzi minnhom barranin, kienu fuq ix-xwiek biex għada, il-Ħadd filgħodu, jieħdu sehem fil-maratona ta’ Malta. Iżda b’xorti ħażina, il-maratona tħassret ftit tal-ħin ilu…

Lokali

F’riċerka għad-dottorat dwar il-kriminalità fil-familji Maltin, Janice Formosa Pace sabet li l-familja tista’ tkun dik li tippromwovi l-kriminalità. Kontra dak li jseħħ fl-Eworpa, f’Malta hija komuni li l-ġenituri u l-ulied…

Sport

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala. Il-logħba li saret…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni President’s Trust kompliet tqassam tagħmir lil tfal li għandhom diffikultà bil-vista biex tgħinnhom fil-mixja edukattiva tagħhom. B’kollox il-fondazzjoni qassmet b’kemm jiswa €150,000 f’tagħmir tal-informatika lil 65 tifel u tifla….

Aktar