Barranin
“In-nies iridu jidraw prezzijiet ogħla tal-ikel” – sid kumpanija tal-ketchup

Sid ta’ kumpanija tal-ketchup qal li n-nies iridu jaċċettaw il-fatt li kulma jmur il-prezzijiet tal-ikel iridu jogħlew.

Dan qalu Miguel Patricio, sid il-kumpanija Kraft Heinz li fost l-oħrajn tipproduċi l-ketchup. Fl-aħħar xhur, Heinz għolliet il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel tagħha f’diversi pajjiżi mal-erbat irkejjen tad-dinja. Fl-Amerka, għolliet il-prezzijiet ta’ aktar minn nofs il-prodotti tagħha.

F’kummenti lil BBC, Patricio qal li ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel trid tindara għax hawn nuqqas ta’ art li hija tajba għall-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li l-popolazzjoni tad-dinja qiegħda kulma jmur tikber.

Sid il-kumpanija Kraft Heinz żied, li filwaqt li l-ekonomiji ta’ diversi pajjiżi qed jerġgħu jieħdu r-ruħ mill-pandemija tal-Covid-19, l-ikel li qed jiġi prodott mhux ilaħħaq mad-domanda. Qal, li minkejja l-fatt li fl-aħħar xhur żdiedu l-pagi, għola wkoll id-dawl.

Skont it-Taqsima tal-Ikel u l-Agrikoltura fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, il-prezzijiet tal-ikel saru jiswew daqskemm kellhom jiswew għaxar snin oħra.