In-nies li ma japprezzawx il-ħajja jiddiżapuntawni

Waqt il-programm Popolin Claire Busutill minn Ewropa Donna spjegat kif nies li ma japprezzawx il-ħajja, jiddiżapuntawha għaliex kull min iqum filgħodu għandu jkun grat għaliex fil-ħajja ħadd ma jaf x’ser jiġri persuna b’saħħitha tista’ toħroġ mid-dar u jkollha inċident ta’ traffiku, filwaqt li persuna marida bil-kanċer tista’ tgħix bih għal tletin sena.

Clare Busuttil ilha tikkumbatti l-kanċer għal dawn l-aħħar tmien snin, u saret taf li kellha kanċer fis-sider meta meta kellha biss 32 sena.

“Meta bniedem jiġi diagnosed ħafna jaħsbu li hija sentenza għall-mewt, jien ma ngħidx li hi”.

Waqt il-programm ‘Popolin’ tkellmet dwar il-ħajja tagħha u wriet li l-pożittività u l-kuraġġ huwa fundamentali biex tiġġieled il-problemi u l-inkwiet li niltaqgħu magħhom matul ħajjitna.

“Kull ħaġa li tiġrilek fil-ħajja trid titgħallem kif toħodha” tgħid Claire. Hija spjegat li 87% tal-persuni li jiġu djanjostikati bil-kanċer tas-sider jitfejqu. “Għalkemm jien kont waħda minn dawk it-13%, ħadd ma jaf meta se tkun l-aħħar ġurnata tiegħi. Bħal kulħadd għandi ngħix to the full kemm nista, dak li nixtieq nagħmel, nagħmlu”.

“Waqt li kont qed nieħu l-kimoterapija, kont qed nagħmel it-teżi” qaltilna Claire. Hija stqarret li ġieli jkollha ġranet diffiċli fejn tħoss l-uġigħ,  tkun imdejjqa u tibda tistaqsi għaliex ġraw lilha dawn l-affarijiet, biss tħossha fortunata li f’ħajjitha għandha ħafna nies pożittivi li jagħtuha kuraġġ u jgħinuha kemm jistgħu.