Politika
In-nies qed iħallsu għall-inkompetenza tal-awtoritajiet – l-AD

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo sejjaħ din il-ġimgħa “tal-biża'” fil-kuntest tal-inċidenti li ġraw fl-industrija tal-bini u qal li n-nies qegħdin iħallsu għall-inkompetenza tal-awtoritajiet.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem binja fi Gwardamangia li ġġarfet f’April, il-Perit Cacopardo qal li minn kliem il-Prim Ministru r-regolamenti ta’ emerġenza li se joħorġu nhar it-Tnejn ma fihom xejn ġdid ħlief multi aktar ħorox. Staqsa kif l-awtoritajiet se jwaħħlu multi kbar meta ma kinux kapaċi jiġbru multi żgħar. Żied jgħid li kien ikun aħjar li kieku l-Gvern ta riżorsi adegwati lill-Building Regulation Office u awtoritajiet li jagħtu aktar każ tal-ilmenti tan-nies.

Għaċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, is-soluzzjoni biex jinġiebu f’sensihom dawk li qal m’għandhomx rispett lejn ir-residenti f’żoni urbani tinstab f’sorveljanza sewwa u l-ħin kollu tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar