COVID-19
In-nies qed josservaw il-pariri tal-awtoritajiet?

F’temp mill-isbaħ tar-rebbiegħa, il-bajjiet, il-pjazez u postijiet pubbliċi fejn bħal lum ikunu miżgħuda bin-nies, ma kinux baħħ għalkollox iżda lanqas kienu kif kienu jkunu f’ġurnata bnazzi, sinjal li ħafna qed jagħtu widen għall-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa li joħorġu għall- bżonnijiet essenzjali.

Is-Superitendent tas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet “importanti ħafna ma noħorġux. Ma noħorġux għaliex importanti li aħna noqogħdu d-dar għaliex inaqqsu ċ-ċans li aħna nibilgħu l-virus u noħorġu biss fejn hemm bżonn”.

It-temp sabih kienu tentazzjoni kbira għal uħud li ħarġu għal passiġġata fl-arja friska għax bħal donnhom jaħsbu li dar ser taqa’ fuqhom.

Oqogħdu d-dar u oħorġu biss għal bżonn dan kien l-appell tal-Awtoritajiet tas-saħħa fid-dawl tal-pandemija globali tal-Covid-19. Minkejja dan f’eżerċizzju li għamel television Malta huwa ċar li nies qed joħorġu.

Innutajna li f’postijiet bħal Golden Bay, Ta’ Qali u l-Mellieħa diversi persuni dehru jilagħqu x-xemx u jirikreaw ruħhom b’uħud kważi jittantaw jieħdu l-ewwel għawma. Iżda anke hawnhekk osservajna li ta’ lanqas in-nies ma kinux f’xulxin u żammew id-distanza skont kif qed jiġi rakkomandat mill-awtoritajiet tas-saħħa li issa anke b’avviż legali hemm multa ta’ mitt ewro għal min fil-beraħ ikun fi grupp ta’ aktar minn tliet min-nies.

F’Ta Qali għalkemm il-gradi tal-park nazzjonali baqgħu magħluqa diversi familji dehru jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ ‘il bogħod mid-dar għalkemm ukoll b’ċertu osservanza tar-regolamenti.

F’postijiet li bħal-lum ikunu frekwentati mis-sewwieqa u d-dillentanti tal-muturi innutajna wkoll li anke dawn żammew mar-regoli li ma jkunux aktar minn tlieta flimkien.

TVM investiga wkoll filmat li deher fuq il-midja soċjali li kien jimplika li f’Ħal Far, l-immigranti kienu qed jilagħbu logħba futbol. Anke il-pulizija marru fuq il-post u ma sabu xejn. Jidher li l-filmat ma kien tal-lum anke għaliex kien jidher sħab li llum minnu ma kellniex.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar