Budget2022
In-nies se jkollhom iktar flus fil-but biex jonqfu fl-istabbilimenti tagħna – ACE

Matthew Pace f’isem l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) qal li laqgħu l-baġit minn aspett pożittiv ferm.

Qal li meta wieħed iqis il-pandemija li l-Gvern ħareġ ammont sostanzjali ta’ flus f’wage supplements u sussidji oħra, wieħed kien jantiċipa li jkun hemm xi restrizzjonijiet, imma minflok il-Gvern ħalla iktar flus fil-bwiet tan-nies li jistgħu jonfquhom fir-restoranti.

Qal li dan sar permezz ta’ miżuri bħal żieda fl-istipendji, fil-pensjonijiet, u tnaqqis ta’ taxxa fuq il-part time u l-overtime.