Kurżitajiet
In-nisa aħjar b’piż żejjed mal-koxox milli maż-żaqq

In-nisa li jidħlu fil-menopawża jkollhom inqas riskju li jimirdu b’qalbhom jekk iġorru l-piż żejjed mal-koxox aktar milli ma’ qaddhom.

Dan instab fi studju li ġie ppubblikat fil-European Heart Journal wara li sab li, dawk in-nisa li għandhom il-piż żejjed ma’ qaddhom u għandhom figura f’forma ta’ tuffieħa, jidħlu f’ċans akbar li jimirdu b’qalbhom u għalhekk, qed jiġu mħeġġa jitilfu l-piż żejjed.

Idealment, in-nisa jkollhom forma ta’ lanġasa fejn il-piż żejjed jitqassam fuq il-ġenbejn u l-koxox.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uħud mill-protestanti li għad fadal imsakkrin f’università f’Honk Kong, pruvaw jaħarbu mill-Pulizija billi jgħaddu mill-pajpijiet tad-drenaġġ. Mijiet ta’ protestanti diġà ħallew l-università, iżda għad fadal min għadu imsakkar ġewwa. Il-kampus…

Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Barranin

Ors Koala kien salvat min-nirien li ħakmu postijiet varji fi New South Wales, fl-Awstralja. Mara li nzertat għaddejja mill-inħawi tal-foresta li kienet qed taqbad viċin Port Macquarie, rat lill-koala jaqsam it-triq….

Edukazzjoni

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’…

Aktar