Unjoni Ewropea
In-nisa se jmexxu l-Unjoni Ewropea fil-5 snin li ġejjin?

In-nisa għandhom jinħatru mill-inqas fi tnejn mill-ħames l-ogħla karigi tal-Unjoni Ewropea.  Dan intqal mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk f’konferenza tal-aħbarijiet fi Brussell, fi tmiem laqgħa informali tal-mexxejja Ewropew dwar min għandu jmexxi l-UE fil-5 snin li ġejjin.

Tusk qal li jekk jinħatru iktar nisa fit-tmun tal-UE se jkun qed jintemm l-iżbilanċ bejn is-sessi li ilu jeżisti għal bosta snin.  Minkejja li ma qalx liema karigi għandhom jimtlew min-nisa, iżda sostna li diġà kiseb l-appoġġ tal-mexxejja Ewropej biex ikun hemm iktar ugwaljanza bejn is-sessi f’dawn l-ogħla karigi tal-UE.

Minbarra l-kriterju tal-ugwaljanza, Tusk għandu wkoll iżomm f’moħħu tliet kriterji oħrajn waqt li se jkun għaddej bin-negozjati biex jiġu nominati l-persuni fl-ogħla ħames karigi tal-UE, li huma l-ġeografija, id-daqs tal-pajjiżi u l-affiljazzjoni politika.

Sax-xahar id-dieħel, Tusk irid jipprova jsib kompromess dwar min se jmexxi l-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew, il-Bank Ċentrali u l-Politika Barranija tal-UE.

Il-laqgħa informali saret ilbieraħ fi Brussell, kważi jumejn wara li tħabbru r-riżultati uffiċjali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.  Għaliha attendew il-mexxejja tat-28 pajjiż tal-UE, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ara wkoll:

Ebda qbil bejn il-mexxejja Ewropej dwar min għandu jmexxi l-istituzzjonijiet tal-UE

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Xatt l-Għassara ma’ moll iċ-ċingaturi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milquta huma żewġt…

Lokali

Il-Ministri Konrad Mizzi u Owen Bonnici qalu li nħolqu profili foloz tagħhom u qed joqogħdu jitkellmu man-nies. Fuq Facebook, il-Ministru Bonnici qal li min ħoloq dawn il-profili qed joqgħod jkellem…

Edukazzjoni

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16. Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u…

Kronaka

Fire Gepostet von Paul Camenzuli Kerr am Sonntag, 18. August 2019 Nirien li tkebbsu f’residenza privata fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema waslu biex 12-il persuna li kienu evakwati ngħataw l-assistenza medika…

Aktar