Barranin
In-Nissan – daqshekk karozzi b’magni tad-diesel fl-Ewropa 

Il-kumpanija tal-karozzi Nissan kif ukoll it-Toyota qalu li mhumiex se joħorġu aktar karozzi b’magni tad-diesel fl-Ewropa.

Is-Subaru wkoll qalet li mhix se tibqa’ toħroġ dawn it-tip ta’ karozzi mill-2020 ‘l quddiem.

Il-kumpaniji qalu li se jikkonċentraw aktar fuq il-produzzjoni ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Din id-deċiżjoni nibtet wara d-direttivi riċenti Ewropej dwar il-ħarsien tal-ambjent.

In-Nissan qalet li tixtieq tilħaq proporzjon ta’ tal-anqas 50% ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku sal-2025.