Lokali
In-nomina ta’ Ursula von der Leyen ma ntlaqgħetx tajjeb mill-gruppi politiċi ewlenin fil-Parlament Ewropew

In-nomina mill-mexxejja Ewropej ta’ Ursula von der Leyen għal kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropeja ma ntlaqgħet xejn tajjeb mill-gruppi politiċi ewlenin fil-Parlament Ewropew. Dan hekk kif hija bdiet kampanja biex tikseb l-appoġġ tal-Ewroparlamentari li jridu japprovaw in-nomina tagħha f’nofs dax-xahar.

Id-diżappunt tal-partiti ewlenin fil-Parlament Ewropew għall-għażliet li għamlu l-mexxejja Ewropew għall-ogħla karigi tal-istituzzjonijiet Ewropej ħareġ fil-beraħ fl-ewwel dibattitu tal-Parlament Ewropew li għalih attenda l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

Il-biċċa l-kbira tad-deputati tal-gruppi parlamentari tkellmu kontra l-għażla tal-Ministru Ġermaniża Ursula von der Leyen għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li kemm Frans Timmermans tas-Soċjalisti u Manfred Weber li kellhom ambizzjoni għal din il-kariga, twarrbu mill-mexxejja Ewropej.

L-Ewroparlametari tal-Partit Popolari Ewropew González Pons, qal bla tlaqliq li l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew ser jibqa’ jagħti l-appoġġ tiegħu lil Weber.

“Manfred you still have our support, you represent the spirit of democracy of Europe, vis a vis the council. Europe cannot just appear to be democratic, it has to be so. We have defended the spitzenkandidat process because we believe that the European citizens have a right not just to vote in the European elections but also for who is governing them”.

F’isem il-Partit Soċjalisti u Demokratiċi, l-Ewroparlamentari Garcia Perez qalet li Frans Timmermans seta’ jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tal-voti fil-Parlament Ewropew u qalet li Timmermans spiċċa vittma għax iddefenda l-valuri Ewropej fosthom is-saltna tad-dritt. “Our candidate was not able to achieve his goal because he defended the rule of law in the Union and our values and we need to ensure that these values are respected. And there is an important political issue here as well, we need to be consistent. We cannot come here and just lay the council decision and say we have to vote it, this is not a consistent position.”

Il-Membru Parlamentari għall-Partit ta’ Brexit, Ann Widdecombe qalet li l-għażliet li saru jikkonfermaw għalfejn ir-Renju Unit m’għandux jibqa’ membru fl-Unjoni Ewropea. “If that is this idea’s place of democracy, than that is a serious betrayal of every country that is represented here, because it is not democratic at all and that is one of many reasons why Britain is right to be leaving this place hopefully on Halloween.”

Id-dibattitu ta’ siegħa u nofs wera l-qasma bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew. In-nomina ta’ Ursula von der Leyen għad trid tiġi approvata mill-Parlament Ewropew f’nofs dan ix-xahar.

Sadanittant is-sitt Ewroparlamentari Maltin ser iservu fit-tmien kumitati tal-Parlament u bħala sostituti f’kumitati oħra biex ikopru firxa sħiħa ta’ oqsma. L-Ewroparlamentari David Casa ġie elett ukoll bħala wieħed mill-ħames kwesturi tal-Parlament Ewropew li huma responsabbli mill-aspetti varji tal-amministrazzjoni u l-finanzi tal-membri tal-parlament.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Uffiċjali tal-ERA dalgħodu sabu għadd ta’ taħżiż mal-faċċata tal-binja fejn jaħdmu. Fi stqarrija uffiċjali, l-ERA qalet li tikkundanna bla riżervi l-attakk vandalu li sar fuq il-bini tal-istess Awtorità fil-Marsa. Dan…

Avjazzjoni

Għadd ta’ passiġġiera, fosthom iktar minn 60 tifel li huma players tal-football, baqgħu l-art hekk kif it-titjira tagħhom lejn id-Danimarka tħassret. L-istorja jidher li reġgħet irrepetiet ruħha hekk kif għat-tieni…

Annimali

Għawwiema li dalgħodu kienu f’Wied iż-Żurrieq baqgħu mbellħa meta raw sajjieda jniżżlu l-art ħuta kbira. Id-dgħajsa tas-sajd daħlet mal-moll, u erba’ rġiel niżlu minnha jġorru ħuta kbira, li dehret tixbah…

Qorti

Charlotte Zammit, omm Liam Debono, intbagħtet sentejn ħabs wara li nstabet ħatja li serqet diversi pompi tal-petrol. Fil-Qorti llum kompla jinstema’ l-każ tas-sinjura Debono fejn instabet ħatja li serqet flus…

Aktar