Barranin
In-Norveġja tneħħi wkoll ir-restrizzjonijiet kollha tal-Covid

In-Norveġja se tneħħi l-miżuri kollha tal-Covid-19 minn għada.

Minn hawn u 24 siegħa oħra, fin-Norveġja daqshekk żamma tad-distanza soċjali, se jerġgħu jinfetħu d-diskoteki, u r-ristoranti jistgħu jerġgħu jibdew jimtlew sa ruħ ommhom bħalma kien jiġri qabel ma faqqgħet il-pandemija.

Il-Prim Ministru tan-Norveġja, Erna Solberg, qalet li wasal iż-żmien li l-pajjiż jerġa’ lura għall-ħajja normali.

L-awtoritajiet tas-saħħa Norveġiżi taw il-barka tagħhom biex ir-restrizzjonijiet tal-Covid jogħsfru fid-dawl tal-fatt li madwar 76% tal-popolazzjoni ħadet tal-anqas doża waħda tat-tilqima kontra l-Covid-19, filwaqt li 67% tan-Norveġiżi huma mlaqqma għalkollox.

Fl-14 ta’ Settembru, id-Danimarka kien l-ewwel pajjiż Ewropew li neħħa r-restrizzjonijiet kollha b’rabta mal-pandemija.