Elezzjoni
In-numri iktibhom f’nofs il-kaxxa fuq il-polza tal-vot…

Tlett ijiem bogħod mill-jum tal-votazzjoni, 43,000 votant għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew filwaqt li 96,000 votant għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Waqt li spjegaw il-proċess elettorali, fosthom l-għadd tal-voti b’mod elettroniku, uffiċjali tal-Kummissjoni Elettorali appellaw biex il-votanti jiktbu n-numri ta’ preferenza fuq il-polza tal-vot fin-nofs tal-kaxxa ħdejn l-isem tal-kandidat.

Il-Kummissjoni Elettorali għaddejja bl-aħħar irtokki fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar biex ikun lest għall-proċess elettorali tat-tmiem il-ġimgħa li ġejja.

Uffiċjali tal-Kummissjoni Elettorali, spjegaw il-proċess tal-għadd tal-voti u saħqu li l-votanti għandhom jiktbu n-numri ta’ preferenza fuq il-polza tal-vot fin-nofs tal-kaxxa ħdejn kull isem tal-kandidat.

Il-Kummissarju Elettorali Prinċipali, Joseph Church, spjega li fl-elezzjonijiet ta’ 5 snin ilu, ir-riżultat dam erbat ijiem biex joħroġ. Qal li fl-elezzjonijiet tas-Sibt, l-għadd tal-voti se jsir b’mod elettroniku, u b’hekk ir-riżultat uffiċjali se jkun magħruf ferm qabel.

”Bdejna naħdmu biex ikollna sistema iktar mgħaġġla u accurate f’dak li se toħroġ bħala riżultat u figuri. Allura lilna ttina serħan li mhux se ndumu daqshekk. Il-ħsieb tagħna hu li dakinhar stess tal-Ħadd noħorġu bir-riżultat finali.”

Mistoqsi jekk il-Kummissjoni Elettorali ltaqgħetx ma’ xi intoppi fil-votazzjoni bikrija li saret fid-djar tal-anzjani u l-ħabs, is-Sur Church qal li kollox mexa skont il-pjan.

”Matul il-ġurnata forsi jkollok xi ħaġa li ma tkunx qiegħda miexja sew tmur tirranġaha imma issues kbar ma kienx hemm jiġifierri kuntenti bl-andamenti.”

Ċifri tal-Kummissjoni juru li 42,927 persuna għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew filwaqt li 96,000 vot għall-Kunsilli Lokali għadhom mhux miġbura.

Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża lill-votanti f’Malta biex jiġbru d-dokument tal-vot tagħhom miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar filwaqt li l-votanti f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat. L-elettorat għandu l-aħħar ċans biex jiġbor il-vot sal-Ħamis f’nofsillejl.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar