Lokali
Inaddfu graffiti li saret fuq tabella

Brażiljan li jgħix Malta flimkien ma’ martu ħadu ħsieb li jnaddfu graffiti li feġġet f’Ħal Luqa.

Fuq Facebook, huwa kiteb li xi nies b’vandaliżmu sprejjaw graffiti fuq tabella tal-bus stop. Qal li l-kitba kienet bil-lingwa ta’ pajjiżu u spjega li l-kitba kienet taqra t-tifel tiegħi.

Dennes Torres qal li kiteb dwar dan fi gruppi Brażiljani u stqarr li l-komunità Brażiljana f’Malta hija magħquda u qed taħdem biex tikkontribwixxi lura għal Malta. Spjega li fi ħdan dawn il-gruppi kien hemm suġġeriment li jnaddfu l-graffiti li jsiru b’vandaliżmu madwar Malta.

Huwa qal li t-tabella tinsab viċin id-dar tiegħu u għalhekk hu u martu ħadu ħsieb li jnaddfuha.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddiskuta u qabel mal-proposta tal-Gvern li jiddaħħal mekkaniżmu korrettiv fil-Kostituzzjoni li jippermetti li jiżdied in-numru tal-membri parlamentari nisa sa massimu ta’ sitta fuq kull naħa tal-Kamra tad-Deputati….

Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Aktar