Inawgurat bini ġdid għall-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità waqt li żanżnet uffiċini ġodda f’Birkirkara, applikat biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha minħabba l-funzjonijiet ġodda li ngħatat bħala regolatur tas-settur.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità inawgurat l-uffiċini l-ġodda tagħha f’Birkirkara flok dawk li kellha Santa Venera. Il-Kummissarju Oliver Scicluna qal li b’kuntrast mal-bini li l-Kummissjoni kienet ilha tuża għal 30 sena f’Santa Venera, din il-binja hija aktar aċċessibbli u attrezzata għall-persuni b’diżabilità.

Is-Sur Scicluna qal li bl-uffiċini l-ġodda, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità saħħet l-indipendenza tagħha għaliex issa hija fiżikament maqtugħa mid-dipartimenti tal-Gvern.

It-30 ħaddiem tal-Kummissjoni bdew jużaw din il-binja f’Marzu li għadda bil-pjan hu li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità jsaħħaħ l-istrutturi tagħha bħala regolatur.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal “bħala regolatur għandna l-ħsieb li nagħmlu enforcement unit u fi ħdan dan l-enforcement unit ovvjament irid ikollna l-enforcement officers. Għalhekk il-ħsieb hu li fil-binja ntellgħu sular ieħor u ġo fih ikun hemm l-enforcement officers u flimkien mal-compliance unit fejn nirċievu r-rapport ta’ allegat diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabilità.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis qal din il-binja jżuruha kuljum mal-erbgħin persuna li jkunu jeħtieġu s-servizzi tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Irrimarka li minn din il-binja jistgħu jingħataw servizzi aktar personalizat. Is-Segretaju Parlamentari qal li din il-binja tieħu fil-livell li jmiss is-servizzi tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar