Lokali
Inawgurat boutique hotel f’Ta’ Sannat 

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi inawguraw uffiċjalment il-Quaint Boutique Hotel li tinsab fir-raħal pittoresk Ta’ Sannat.

Il-lukanda f’ Ta’ Sannat tinkludi 13-il kamra waqt li komplessivament din il-katina ta’ proġetti se tkun qed iżżid 47-il akkomodazzjoni ġdida f’Għawdex. Apparti dan hemm il-ħsieb ukoll li fil-futur jiżdiedu 4 lukandi oħra simili.

Waqt l-ingawgurazzjoni l-Ministru għal Għawdex qalet kif l-għan tal-Gvern huwa li jkompli joħloq l-ambjent ġust sabiex dejjem ikompli jitkattar aktar investiment privat li jkun wieħed sostenibbli.

Il-Ministru Caruana semmiet ukoll il-ħidma li għaddejja biex l-infrastruttura fil-gżira tkompli titjieb u tikkumplimenta mal-investiment li qed isir mis-settur privat. Fost il-proġetti ambizzjużi, il-Ministru Caruana semmiet ir-riġenerazzjoni ta’ żewġ pjazez ewlenin u li se jibdew id-diskusjonijiet biex tiġi riġenerata wkoll il-pjazza tar-raħal Ta’ Sannat.

Il Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li fid-dawl taż-żieda fid-dħul ta’ turisti f’dawn l-aħħar snin, dan il-Gvern kommess li jkompli joffri prodott Malti ta’ kwalità sabiex Malta tkompli toffri esperjenzi pożittivi għat-turisti li jżuruha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-faċċata tal-binja fil-qalba tal-Belt u li kienet isservi bħala l-qorti tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, magħrufa bħala Palazzo Castellania, ġiet restawrata biex reġgħhet libset id-dehra oriġinali tagħha. Illum il-ġurnata din il-binja…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda tal-kumpanija Gaming Innovation Group li minn żewġ impjegati fl-2012, illum qed tħaddem 650 impjegat u qed tfittex mad-90 ħaddiem ieħor. Il-Kap Eżekuttiv, Robin Reed, qal li s-sena…

Lokali

Diversi prodotti agrikoli Maltin se jikkwalifikaw biex ikollhom tikketta ta’ kwalità ogħla minn dak rikjest mill-Unjoni Ewropea fi skema msejħa “Prodott ta’ Kwalità”. Fuq dawn il-prodotti ser ikun hemm tikketta…

Lokali

Id-direttur Informazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Dr David Bonello kkonferma li rreżenja mill-kariga li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar xahrejn. Dr Bonello qal li huwa rriżenja għal raġunijiet personali. Ara wkoll:…

Aktar