Saħħa
Inawgurat ċentru ta’ matul il-jum għall-persuni bid-dimensja

F’Raħal Ġdid ġie inawgurat ċentru ta’ matul il-jum għall-persuni bid-dimensja. Dan qed isir b’investiment tal-kumpanija Lyons Care. Fl-inawgurazzjoni ta’ dan iċ-ċentru, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan iċ-ċentru jippromwovi l-indipendenza ta’ persuni bid-dimensja.

Fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan jindirizza żewġ għanijiet ewlenin tal-Gvern f’dan il-qasam, li jippromwovi l-indipendenza ta’ persuni bid-dimensja, li jieħu ħsieb iċ-ċirku ta’ nies madwar dawn il-persuni li jkunu milquta minn din il-kundizzjoni. Kompla jgħid li meta s-settur privat iħares lejn il-bżonnijiet tas-soċjetà u jindirizza l-investiment tiegħu għal dawn il-bżonnijiet, ikun qed jagħmel servizz lill-poplu. Dr Muscat qal li f’investimenti bħal dawn, il-Gvern iħares lejn is-settur privat bħala sieħeb tiegħu u mhux kompetitur.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabbilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, qal li l-Gvern ta direzzjoni ċara bit-tnedija tal-istrateġija nazzjonali għad-dimensja li fost ohrajn tqajjem kuxjenza dwar din il-kundizzjoni biex jinghata l-appoġġ b’servizzi fil-komunità u fid-djar residenzjali tal-anzjani.

Id-Direttur ta’ Lyons Care, Mark Bajada qal li dan iċ-ċentru hu disinjat għall-persuni bid-dimensja. Żied jgħid li l-kumpanija se tinvesti f’iktar ċentri bħal dawn madwar Malta u Għawdex.

F’inizjattiva oħra biex titqajjem kuxjenza dwar id-dimensja, is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabbilità u Anzjanità Attiva qed itella’ d-dramm Frammenti li huwa teatru tat-triq li jesplora l-esperjenza ta’ familja li qed tħabbat wiċċha mad-dimensja. Il-produzzjoni tlaqqa’ il-biża’, frustrazzjoni, ansjetà, disperazzjoni, inċertezza u mħabba. Bħala parti mir-rapprezentazzjonijiet, Frammenti s’issa saret fil-Mosta, f’Raħal Ġdid u fir-Rabat Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar