Lokali
Inawgurat il-ġnien Lippu Sammut b’nefqa ta’ €700,000

Inawgurat f’Birkirkara ġnien li sar b’nefqa ta’ €700,000 li tħallsu b’fondi mill-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, amminsitrat mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, qal li f’dan il-ġnien sar pavimentar, sistema tad-dwal, railing għal aktar sigurtà, għamara bħal bankijiet u anki ġibjun biex jilqa’ l-ilma tax-xita. Il-Ministru Borg qal li hemm aktar lokalitajiet li qed igawdu minn proġetti b’dan il-fond, wara li fi Frar l-Awtorità tal-Ippjanar qassmet aktar minn 3 miljun ewro lil 16-il Kunsill Lokali li ffirmaw il-kuntratti għall-proġetti tagħhom.

Is-Sindku, Joanne Debono Grech, qalet li l-ġnien qed jissemma għas-Sur Lippu Sammut li kien tella’ l-qanpiena l-kbira fil-Bażilika ta’ Santa Elena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar