Infrastruttura
Inawgurat il-grawnd tal-futbol il-ġdid f’Marsaskala

Il-Prim Ministru Muscat inawgura l-kumpless il-ġdid tal-futbol li sar b’investiment €2.5 miljun, u li huwa mifrux fuq 6,000 metru kwadru. Dr Muscat qal li waqt li huwa sabiħ li wieħed jipparteċipa fl-isport, it-triq ‘il quddiem issa trid tkun li nikkompetu biex nirbħu.

Il-kumpless, li jinsab fil-park tal-familja ta’ Wied il-Għajn, huwa mgħammar b’piċċ tal-football, Club House, dressing rooms, sala tal-konferenzi, uffiċini u ġibjun biex jinġabar l-ilma. Il-President tal-klabb tal-football tal-lokal Pierre Miceli qal li dan ser jagħmel differenza kbira lit-tim.

”Daqqa mmorru l-MCAST u daqqa grounds oħra. Jiġifieri dejjem niġru biex nagħmlu t-taħriġ tagħna. Kont ukoll coach tal-kbar u għalhekk is-sistema ma kinitx qed taħdem tajjeb u ridna ground fil-lokalità tagħna. Importanti kemm hu essenzjali li jkollna l-ground tagħna hawnhekk.”

Bi ftehim bejn il-klabb ta’ Wied il-Għajn u SportMalta, il-kumpless se jintuża filgħodu mill-iskejjel u għaqdiet tal-lokal.

Il-Prim Ministru Muscat appella kemm lill-klabb tal-waterpolo, kif ukoll dak tal-football, biex jaraw li dawn il-faċiltajiet jinżammu kif suppost.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 22 sena kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ntlemaħ mill-Pulizija jagħti d-droga lil sieħbu waqt lejl ta’ divertiment f’Paceville. Kien lejliet l-Ewwel tas-Sena tal-2016, meta Surġent u…

Politika

Rappreżentanti tal-PN ħawlu 55 siġra f’Wied Għollieqa immaniġġjat mill-għaqda Nature Trust, fl-okkażjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Is-siġar li tħawlu huma tal-ħarrub, taż-żebbuġ, taż-żnuber, tal-alaternu, tar-rihan, ta’ klin u taċ-ċipress. Il-Kap…

Festi

Fid-dawl tal-każ tal-Kappillan Deo Debono li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra, is-sagristan tal-parroċċa kkonferma ma’ TVM li l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta tħassru. Ikkuntattjat minn TVM,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jemmen li l-Ewroparalamentari Nazzjonalisti ser jimxu mad-direzzjoni tal-partit u jivvutaw favur in-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew fl-aqwa interess tal-pajjiż. Intervistat ilbieraħ filgħaxija fid-Dar…

Aktar