Lokali
ARA: Pass pass kif sar il-proġett tal-Kappara

Inawgurat illejla mill-Prim Ministru Joseph Muscat il-proġett tal-junction tal-Kappara. Ix-xogħol sar f’sentejn b’investiment ta’ aktar minn tlieta u għoxrin miljun Ewro.

Wara snin bit-traffiku mill-Belt, San Ġwann, il-Gżira u San Ġiljan jiltaqa’ b’geġwiġija sħiħa ma’ roundabout waħda, is-sitwazzjoni issa hi differenti. It-traffiku min-naħa ta’ fuq għan-naħa t’isfel ta’ Malta u bil-kontra issa qed jgħaddi b’mod faċli minn fuq flyover waqt li għal-lokalitajiet fil-ġnub tal-pont l-aċċess hu minn taħt jew billi wieħed idur mar-roundabout.

F’Diċembru tal-2015, konsorzju b’interessi Spanjoli ngħata kuntratt ta’ aktar minn €23 miljun biex f’sentejn jibni flyover tal-Kappara u jagħmel xogħlijiet fit-toroq tal-madwar minn fejn jgħaddu mad-90,000 vettura kuljum.

Ix-xogħol beda f’April 2016 meta nqalgħu s-siġar tal-palm li kienu fir-roundabout u ttieħdu fil-barracks tal-Forzi Armati f’Ħal Luqa. Minn hemm issokta x-xogħol. Wara s-Sajf, il-ħaddiema bdew jgħaddu s-servizzi mill-istrutturi li nbnew apposta u f’Novembru bdew jitwaħħlu l-kolonni għat-travi tal-azzar tal-flyover. Dawn flimkien mal-bażi tal-pontijiet inbnew fi Spanja, b’toqol ta’ 530 tunnellata, bl-akbar waħda fosthom twila 32 metru. It-tqegħid ta’ dawn it-travi rrikjeda ħidma koordinata, fosthom billi bil-lejl ingħalqu xi toroq għat-traffiku,biex twasslu mix-xatt fil-Marsa sa fuq il-post.

Il-flyover beda jieħu l-forma fi sbieħ l-20 t’April 2017 meta bdew jitqiegħdu f’posthom it-travi tal-ħadid, u wara tqegħdu fuqhom ċangaturi qabel ingħata l-konkos. Tliet xhur wara, l-ewwel vetturi żanżnu l-pont hekk kif infetħet karreġjata minnhom. Il-karreġjata l-oħra li tagħti għal San Ġiljan infetħet f’Settembru.

Il-proġett kien jinvolvi t-twessiegħ ta’ partijiet mit-triq biex saru slipways għal vetturi lejn ir-roundabout li tinsab taħt il-pontijiet biex wieħed isuq minn jew lejn San Ġwann u l-Gżira. Twaħħlu żewġ kilometri ta’ crash barriers bi strixxa protettiva għall-muturi, u iktar minn żewġ kilometri oħra ta’ crash barriers li jifilħu għal daqqiet estremi biex jevitaw li xi vettura taqa’ mill-pont għal isfel.

Fuq il-pont twaħħal ukoll ilqugħ li jnaqqsu l-ħsejjes tal-vetturi li jkunu għaddejjin – l-ewwel tax-xorta tiegħu f’Malta. L-aħħar xogħol fuq il-proġett involva l-irranġar tal-ħajt tad-djar li jinsabu fl-isliproad li minn San Ġwann tagħti għal San Ġiljan.

Parti sew mill-ispiża għal dan il-proġett inħarġet minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT 2: Il-proġett tal-Kappara jagħti kuraġġ lill-Gvern għat-toroq li jmiss

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar