Kultura
ARA: Inawgurat illum il-presepju Malti fi Vjenna

Illejla qed jiġi inawgurat il-presepju tradizzjonali Malti fi Vjenna. Dan il-presepju se jkun esibit f’wieħed mill-ikbar swieq tal-Milied fl-Ewropa.

Wara li kien għall-wiri fil-Pjazza tal-Vatikan fl-2016, fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlem fl-2017 u fil-Belt Valletta bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Belt Kapitali Ewropea 2018, il-presepju artistiku Malti issa se jkun għall-wiri fil-Villaġġ tal-Milied tal-Kampus tal-Università ta’ Vjenna.

Din se tkun opportunità oħra kbira biex il-ħila tal-artisti Maltin tintwera f’post ċentrali fejn kull sena mas-600,000 persuna minn Vjenna u eluf oħra ta’ turisti u nies lokali li jżuru dan is-suq tal-Milied, li hu wieħed mill-akbar fl-Awstrija. Dan hu x-xogħol li qed nagħmlu biex inkomplu nsaħħu d-diplomazija kulturali kif ukoll nipprovdu pjattaforma internazzjonali usa’ għall-artisti tagħna.

Ix-xenarju ċentrali fejn twieled Ġesù Bambin ġie maħluq mill-ġdid u ngħata dehra aktar tipika ta’ presepju Malti. Il-grotta ġiet iddisinjata u manifatturata mis-Sur Jennings Falzon bil-għajnuna tas-sur Norman Hill, filwaqt li l-pasturi huma ta’ manwel grech. Huma ħadmu taħt il-gwida u bis-sehem ta’ uffiċjali mid-Direttorat tal-Kultura mmexxija Emanuel Vella u l-Perit Paul Buhagiar u Herbert Debattista.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca kitbet appell biex il-poplu Malti jingħaqad. Fuq Facebook Coleiro Preca kitbet li mill-istorja tal-pajjiż il-poplu dejjem waqaf għall-valuri tal-onestà, il-ġenwinità, l-altruwiżmu, il-bżulija, l-għaqal u l-intergrità….

Politika

Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…

Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Aktar