Knisja Maltija
Inawgurat is-saqaf ta’ fuq il-kor fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura, skultura u induratura fis-saqaf ta’ fuq il-kor.

F’Mejju tal-2010, wara li kienu ntemmu x-xogħlijiet tar-restawr tal-koppla tal-Knisja parrokkjali ta’ Ħal Luqa, ittieħdet id-deċiżjoni li jsir ix-xogħol fuq is-saqaf tal-kor. Kif spjega l-Kappillan, il-Kanonku Michael Zammit, dawn ix-xogħolijiet qed isiru minħabba li l-Knisja ta’ Ħal Luqa kienet iġġarrfet fit-tieni gwerra dinjija u għalhekk bil-mod il-mod din il-Knisja qed tingħata dehra ġdida.

Il-Kanonku Michael Zammit qal “il-poplu ta’ Ħal Luqa wara l-gwerra ħass li kellu jerġa jibni dan it-tempju sabiex jagħti glorja lil Alla ħa jkollu fejn jinġabar biex iqim lill-Mulej taħt il-patroċinju ta’ Sant’Andrija. Maż-żminijiet dejjem żejjen dan it-tempju. Fis-snin li għaddew bdiet ix-xogħol tal-pittura fejn fit-tmeninijiet saru l-lunetti tal-koppla u mbagħad fl-2010 ntemm ix-xogħol tar-restawr tal-koppla u anke l-pittura u l-iskultura tal-koppla fen kienet iżżanżnet fl-2010. Wara mbagħad l-armar tal-iscaffolding ġewwa l-kor sabiex jitkompla dan il-proġett.”

Xogħol il-pittur Paul Camilleri Cauchi, l-iskultur Joseph Micallef u l-induratur John Pace, dawn ix-xogħolijiet jikkumplimenta l-kwadru titulari ta’ Mattia Preti li juri l-martirju ta’ Sant’Andrija u xogħlijiet ta’ Emvin Cremona li juru lil Sant’Andrija qabel u wara l-martirju. Dan għaliex fuq is-saqaf, Camilleri Cauchi pitter lil Sant’Andrija jgawdi l-glorja tal-ġenna.

Il-Kanonku Michael Zammit qal “naraw lil Ġesù qed jilqa’ lil Sant’Andrija ġewwa l-ġenna u anke Sant’Andrija mdawwar b’bosta qaddisin li lilna jfakkruna li aħna wkoll postna huwa fis-sema, kif jgħidilna San Pawl aħna pajżana tas-sema, u kull min jara din il-pittura jrid jiftakar dan li aħna li qegħdin f’din l-art il-mixja tagħna hija lejn is-sema.”

Il-Kappillan ta’ Ħal Luqa spjega li dan ix-xogħol sar bil-ġenerożita’ tan-nies u ammonta għal madwar €90,000. Qal li l-pjan hu li jitkompla x-xoghol fil-kumplament tal-Knisja fejn għad hemm il-korsija mneżża’ mill-pitturi u l-iskulturi. Il-Kanonku Zammit qal li din hija parti ħafna ikbar u għalhekk titlob spiża finanzjarja ikbar.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar