Edukazzjoni
Inawgurat kampus ġdid tal-ITS

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi inawgura l-kampus il-ġdid tiegħu għalkemm temporanju li jinsab fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Luqa u sar b’investiment ta’ €700,000. Il-kampus se jinkorpora ż-żewġ postijiet li kellu l-ITS f’San Ġiljan u Pembroke sakemm fil-ħames snin li ġejjin l-ITS ikollu lukanda ta’ 4 stilel fi SmartCity li titmexxa mill-istudenti fil-korsijiet tal-ITS.

Il-Kampus il-ġdid tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Ħal Luqa jiflaħ elf student, li jfisser 250 student iżjed milli setgħu jilqgħu l-kampus ta’ San Ġiljan u Pembroke flimkien. Il-kampus il-ġdid huwa kważi d-doppju fid-daqs u fih iżjed klassijiet, b’ħafna minnhom jintużaw speċifikament għal ċertu suġġetti, żewġt ikċejjen ġodda u iktar uffiċċji, kemm għall-istaff akkademiku u wkoll għall-ħaddiema fil-qasam amministrattiv.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech qal li dan il-kampus qed isir wara xhur ta’ ħidma kbira u sostna li l-pjan għal dan il-kampus tfassal mal-għalliema u l-istaff tal-ITS.

Pierre Fenech qal “ħafna affarijiet milli kienu jitolbu l-academic staff tagħna, pereżempju dedicated classes, individual labs, increase fin-number of individual kitchens, investment li huwa massiv fi fran ġodda, equipment ġdid, teknoloġija ġdida, dan kollu sar jiġifieri mhux just il-physical upgrade biss imma hemm upgrades oħra li jaffettwaw lill-istudent dirett.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li din is-sena se jkunu waslu Malta 2.7 miljun turist. Sostna li kampus bħal dan jgħin biex Malta tikseb iżjed riżultati pożittivi fil-qasam turistiku. Spjega li l-viżjoni tal-Gvern hi li jiżviluppa istituzzjoni edukattiva internazzjonali fil-qasam tal-istudji tal-ospitalità u tat-turiżmu.

Il-Ministru Mizzi qal “il-pass li jmiss se jkun nibnu kampus ieħor ġewwa Smart City li se jkun differenti. Dan il-kampus diġà huwa a big improvement għax għandna kċejjen kbar, għandna laboratorji. Il-kampus ta’ Smartcity se jkun mudell differenti għaliex se jkun a teaching hotel. Jiġifieri se tkun lukanda ta’ 4 star li se tkun immaniġġjata mill-istudenti wkoll.”

Il-pjan hu li l-proġett tal-ITS fi Smart City jitlesta fil-ħames snin li ġejjin. Bħalissa fl-ITS hemm ukoll 260 student barrani li jħallsu għall-edukazzjoni tagħhom, bil-ministru Mizzi jgħid li b’hekk dawn il-programmi jiġu finanzjati għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin.

Preżenti għal-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, Zurab Pololikashvili. Hu kellu wkoll laqgħa ta’ korteżija mal-President Marie Louise Coleiro Preca.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar