Enerġija
Inawgurat l-akbar impjant tal-enerġija solari f’Malta

Ġie inawgurat l-akbar impjant tal-enerġija solari f’Malta li kapaċi jipprovdi l-enerġija lil aktar minn elf dar. Il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-inizjattiva minn negozajti lokali f’dan il-proġett u ddeskrivih bħala eżempju ċar ta’ kif l-iżvilupp ekonomiku u l-poltika ambjentali jistgħu jimxu flimkien.

Dik li xi darba kienet barriera tal-ġebla tal-qawwi nbidlet fl-akbar impjant solari f’Malta. Il-proġett f’żona magħrufa bħala tal-Imselliet fil-limiti tal-Imġarr fih kważi 17-il elf pannella fotovoltajka u se jiġġenera enerġija għal 2,200 dar.

Id-Direttur tal-Imsielet Solar Ltd, David Zammit qal li bis-saħħa ta’ dan il-proġett u tar-rijabilitazzjoni tal-barriera tneħħa l-impatti negattivi ambjentali fiż-żona, u li permezz tiegħu se ttejjeb il-kwalità tal-arja bi tnaqqis ta’ madwar 4,000 tunellata ta’ dijossidu ta’ karbonju fis-sena.

Fl-inawgurazzjoni tal-proġett, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li huwa sodisfatt bl-impenn tal-komunità tan-negozju li tinvesti fl-enerġija li tiġġedded. Qal li dan huwa l-aqwa eżempju ta’ sinerġija bejn il-kuxjenza ambjentali u n-negozji. Qal li ma tistax tkun tħobb l-iżvilupp ekonomiku u fl-istess waqt twarrab l-ambjent. Dr Abela żied jgħid li dan hu proġett kruċjali biex nilħqu miri tal-enerġija li tiġġedded li qed tinsisti dwarhom il-Kummissjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru tenna li dan hu gvern miftuħ kompletament għall-komunità kummerċjali u għal negozju li jsir b’mod onest u integru. Dr Abela qal li jinsab kburi bil-komunità ta’ negozjanti għal mod kif imxiet waqt il-pandemija. Żied li dan ħareġ ukoll fit-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ekonomija Maltija li wera li Malta mistennija tkun fost l-inqas pajjiżi fiż-żona ewro li jħossu l-effetti ekonomiċi minħabba l-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar