Politika
Inawgurat l-Uffiċċju Ċentrali ġdid ta’ servizz.gov fil-Mosta

Inawgurat l-Uffiċċju Ċentrali ġdid ta’ servizz.gov fil-Mosta. Dan l-uffiċċju mistenni jtejjeb il-livell ta’ kwalità tas-servizz li jingħata lil kull min ikollu bżonn xi wieħed mill-bosta servizzi tal-Gvern.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-bidla drastika li sar fis-servizzi pubbliku tul dawn l-aħħar snin biex tnaqqset il-burokrazija.

F’sena, fis-sit elettroniku ‘servizz.gov’ jidħlu mal-40 elf imejl, 650,000 telefonata u 3 miljun viżitatur. Dan huwa sors ta’ servizzi governattivi li jammontaw għal madwar 1,500.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li dan mhuwiex il-punt tal-wasla iżda l-punt tat-tluq tal-istrateġija tas-servizzi li jingħataw mill-Gvern. Semma kif il-Gvern se jkompli jtejjeb u jżid is-servizzi varji kemm onaljn kif ukoll fiċ-ċentri reġjonali. Qal li dan l-investiment huwa fundamentali biex il-Gvern ikompli jaħdem fuq il-wiegħda tiegħu sabiex inaqqas il-burokarazija żejda.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li f’ħames snin servizz.gov rebaħ il-fiduċja tal-poplu u biddel kompletament il-kunċett tas-servizzi pubbliċi. Semma’ kif iċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov żdiedu għall-24 u kif il-freephone 153 li ħames snin ilu kien jirċievi elfejn telefonata fix-xahar, issa jirċievi mal-60 elf telefonata fix-xahar.

“Aħna investejna 150 miljun ewro f’investiment fejn tidhol teknoloġija. Investiment bla preċedent; 40 miljun għaddejjin issa għad fadal pjan ta’ 50 miljun fejn tidhol teknoloġija pero se jifdal dawk in-nies li mhumiex komdi bit-teknoloġija u l-hubs huwa mod ġdid kif tati s-servizz tal-Gvern fejn qabel kont idur minn post għall-ieħor il-hubs issib aktar minn elf servizz.”

Is-Sur Cutajar qal li ma jħossux sorpriż illi skont l-aħħar kejl tal-Eurobarometer 64% tal-poplu Malti għandu fiduċja fis-Servizz Pubbliku – jiġifieri 12% iktar mill-medja fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ servizz.gov Massimo Vella qal li t-teknoloġija se tkompli tintuża fis-servizzi governattivi tant li fost oħrajn l-intelliġenza artifiċjali se toffri l-possibilità ta’ servizzi aktar personalizzat u effiċjenti. “Mela aħna ħriġna sit elettroniku fejn niġbru servizzi kollha. Morna bil-maltapps komplejna niftħu 70 servicves u issa qed naraw iktar servizzi personalizzati emm through AI iżda nzxommu l-profil tal-utenti tagħna. Jiġifieri nżommu traċċa tas-servizzi li noffru il-utenti.”

Fi kważi 5 snin, aktar minn 300,000 persuna żaru xi wieħed mit-23 hub madwar il-pajjiż bl-aħħar 3 xhur, kemm ilu li servizz.gov ħa f’idejh anke l-uffiċċji distrettwali tas-sigurtà soċjali, kien hemm aktar minn 60,000 persuna li żaru dawn l-uffiċċji.