Inawgurat tisbiħ ta’ pjazza f’Għajnsielem

B’investiment ta’ aktar minn €160,000, parti minnhom fondi Ewropej, il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem biddel id-dehra tal-Pjazza tad-Dehra li tinsab fil-qalba tal-lokalità Għawdxija.

ghajnsielem pjazza (1)Fl-aħħar xhur inbidel il-qiegħ tal-funtana, inbidel il-pavimentar tal-pjazza, sar restawr u bankijiet ġodda, tħawlu pjanti indiġeni, inbena ġibjun u saru żewġ pontijiet tal-injam.

Dan il-proġett jikkumplimenta l-monument tal-Għajn Tal-Ħasselin li ġie inawgurat is-sena li għaddiet.

ghajnsielem pjazza (2)Fl-inawgurazzjoni, l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li t-tisbiħ u titjib tal-ispazji pubbliċi jgħolli l-livell tal-attrazzjoni kemm għal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi. Dr Refalo qal li dan jikkumplimenta mal-viżjoni tal-gvern li jsaħħaħ u jtejjeb l-istrutturi eżistenti bil-għan li jitqanqal aktar interess lejn Għawdex.

Il-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, Owen Bonnici qal li l-għajnuna finanzjarja diretta għall-għaqdiet kulturali Għawdxin żdiedet b’ 35 fil-mija għat-tliet snin li ġejjin. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea, Ian Borg qal li l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem huwa wieħed minn sitt kunsilli lokali li se jagħmlu proġetti permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew.