Lokali
Inawgurata blokka ġdida u xogħol estensiv fl-iskola medja fir-Rabat

Inawgurata blokka ġdida u xogħol estensiv fl-iskola medja fir-Rabat li minn skola antika nbidlet fi skola mgħammra bil-faċilitajiet kollha għat-tagħlim. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dan il-proġett sar b’investiment ta’ żewġ miljun ewro u nofs.

L-iskola Medja fir-Rabat li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola għaddiet minn trasformazzjoni sħiħa. Minn skola mingħajr il-faċilitajiet moderni għat-tagħlim issa għandha wkoll laboratorji fi blokk ġdid li nbena apposta. Fih hemm erba’ laboratorji tax-xjenza, tnejn għad-disinn u t-teknolġija u tnejn oħra għat-tagħlim tal-kompjuter. L-iskola issa għandha librerija u anki sala fejn jittellgħu diversi rappreżentazzjonijiet mill-istudenti.

Il-Kap tal-Iskola Marita Abdilla spjegat li bix-xogħlijiet li saru, mhux biss tjieb l-ambjent għat-tagħlim fl-iskola iżda wkoll din saret aċċessibbli għal kulħadd. Spjegat li fejn saret il-blokka l-ġdida nstabu fdalijiet puniċi li ġew ikkonservati u għalhekk ma setgħax isir gym li kien ippjanat.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo filwaqt li inawgura l-parti l-ġdida tal-iskola qal li t-tagħmir u l-ambjent huma żewġ aspetti importanti fil-proċess edukattiv iżda l-ikbar importanza għandha tingħata lill-kwalità tat-tagħlim biex l-istudenti jkunu preparati għall-ħajja. Huwa qal li f’din l-iskola, il-Ministeru laħaq tliet għanijiet għax intuża bini antik fiż-żona ta’ żvilupp, ġie frankat li l-iskola tinbena fuq art ODZ u ġew ikkonservati fdalijiet Puniċi li jidentifikaw l-għeruq tas-soċjetà Maltija. Spjega li fil-bini u manutenzjoni ta’ din l-iskola ntefqu żewġ miljun ewro u nofs li kienu parti minn investiment ta’ 55 miljun ewro fuq il-bini u l-manutenzjoni tal-iskejjel.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Aktar