Lokali
Inawgurata CT Scanner ġdida fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura CT Scanner ġdida li se tkun qed tintuża għal iktar minn 70 sessjoni kuljum fis-Sir Anthony Mamo Oncology Center.

Dan wara investiment ta’ nofs miljun ewro kofinanzjat mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li din il-magna se twassal għal kura aħjar u iżjed avvanzata għall-pazjenti tal-kanċer. Qal li dan l-investiment jingħaqad mas-€60 miljun addizzjonali ddedikati għall-mediċini tal-kanċer fuq il-Formularju tal-Gvern.