Lokali
Inawgurata l-ewwel ambulanza għas-salvataġġ tal-annimali slavaġ

Illum ġiet inawgurata l-ewwel ambulanza ‘Wildlife Rescue’ bil-għan li ssalva u tgħin fir-riabilitazzjoni tal-annimali slavaġ.

L-ambulanza li tiswa mal- €16,000 ġiet kofinanzjata mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima (MSDEC) minn fond biex tingħata għajnuna lill-eNGOs.

Ingħata total ta’ €10,000 mill-MSDEC bil-bqija tal-flus inġabru mid-donazzjonijiet tal-pubbliku u xi entitajiet oħra.

Waqt l-inawgurazzjoni, l-ERA wkoll ħabbret li se tkun qed tipprovdi lill-eNGO NT-FEE b’€30,000 biex jintefqu f’mediċini, spejjeż veterinarji u biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-ħarsien tal-annimali u l-ambjent.