Pulizija
Inawgurata l-għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq wara xogħol ta’ rinovar

Il-Korp tal-Pulizija kompla b’aktar xogħlijiet ta’ rinovar tal-għases tal-pulizija fosthom fl-għassa taż-Żurrieq fejn ix-xogħlijiet skorrew il-€55,000.

Il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar qal li dil-għassa nfetħet fl-1935 u għalkemm minn żmien għal żmien saru xi xogħlijiet ta’ manutenzzjoni, kien wasal iż-żmien li tinqala waħda sew biex ikollha faċilitajiet u servizzi aktar moderni. Il-Kummissarju qal li fil-programm ta’ xogħlijiet fl-għases, diġà ġew irranġati l-għases ta’ Bormla, Ħaż-Żabbar, tan-Naxxar, ta’ Birżebbuġa, San Pawl il-Baħar, tal-Qawra u ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia, qal fi żmien ġimagħtejn se jiġi ffirmat il-kuntratt biex jibda x-xogħol fuqi l-bini ta’ għassa ġdida f’Wied il-Għajn, waqt li sal-aħħar tas-sajf tkun inawgurata l-għassa l-ġdida ta’ Marsaxlokk. Huwa qal li fil-ġimgħat illi ġejjin se jibda proġett pilota ta’ Community Policing fil-Mellieħa.