Saħħa
Inawgurata sala fl-Isptar Monte Karmeli li se tilqa’ 30 pazjent

Fl-isptar Monte Karmeli, ġiet inawgurata l-ewwel sala li ġiet irranġata bħala parti mill-pjan ta’ ħames snin biex is-swali kollha tal-isptar jiġu rinovati. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li minn għada tletin pazjent se jibdew jużaw is-Sala San Ġorġ Preca li x-xogħol fuqha beda f’Ottubru li għadda.

Wara snin twal ta’ telqa, l-isptar Monte Carmeli f’Ħ’Attard ra t-tlestija tal-ewwel xogħlijiet estensivi f’waħda mis-swali tiegħu bħala parti minn pjan biex is-swali kollha jiġu modernizzati.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dal-pjan għandu jagħti ambjent dinjituż lill-pazjenti. Dr Fearne qal li sa xahrejn oħra se jitlesta x-xogħol ta’ tisbieħ fuq sala oħra. L-ewwel tletin pazjent ser jibdew igawdu dan l-ambjent fis-Sala San Ġorġ Preca.

Il-Ministru Fearne qal li t-titjib fl-ambjent fiżiku tal-isptar irid jimxi id f’id mal-istrateġija għas-saħħa mentali li taħseb għal bosta riformi f’dan il-qasam.

Dr Fearne stqarr li fl-isptar Monte Karmeli hemm pazjenti li m’għandhomx problemi ta’ saħħa mentali u għalhekk qed jintbagħtu għall-kura f’istituzzjonijiet oħra.

Il-Ministru Fearne qal li sa issa ġew rilokati 106 pazjenti u se jiġu rilokati 24 pazjent ieħor, fosthom pazjenti li jsofru mill-huntington disease. Fil-preżent l-isptar Monte Karmeli hemm kważi 400 pazjent.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’…

Tfal

Ġimgħatejn ‘l bogħod mill-Milied, il-professjonisti u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS sibnihom iħejju wħud mill-mijiet ta’ rigali li rċevew mingħand għexerien ta’ benefatturi li laqgħu l-istedina tal-Aġenzija Appoġġ…

Saħħa

Investiment ta’ nofs miljun ewro se jwassal għal-riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal…

Annimali

BirdLife Malta varat kampanja biex il-pubbliku jibda jirrapporta l-‘bird callers’ – apparat elettroniku li jagħmel ħoss ta’ tisfir tal-għasafar u jintuża għall-kaċċa u l-insib. Fi stqarrija BirdLife saħqet li din…

Aktar