Lokali
Inawgurata skola tal-arti fil-Ħamrun

Ġiet inawgurata uffiċjalment l-iskola nazzjonali tal-Visual and Performing Arts fil-Ħamrun għall-istudenti li jispeċjalizzaw f’ħames forom ta’ arti: iż-żfin, il-mużika, id-drama, il-media u l-arti. L-iskola sekondarja tifforma parti mill-kulleġġ San Tumas Moore.

Mal-50 student u studenta f’Settembru li għadda bdew l-ewwel sena tas-sekondarja fl-iskola nazzjonali tal-Visual and Performing Arts. Il-Kap tal-Iskola Corinne-Anne Cilia qalet li l-istudenti jmorru l-iskola għall-qalbhom għax minbarra s-suġġetti akkademiċi qed jagħmlu wkoll dak li jħobbu jagħmlu.

Corinne-Anne Cilia qalet “jiżviluppaw it-talenti tagħhom b’aktar mod ħolistiku. Għax jiġu kuntenti l-iskola għax jistgħu jużaw l-abilitajiet u l-ħiliet tagħhom anki fil-klassi.”

L-istudenti ntgħażlu wara li għaddew minn għadd ta’ provi.

Gabriel Busuttil qal “play music, I really like to play piano, I thought why I don’t make like an everyday thing. So I decided to come to this school.”

Eloise Mifsud qalet “Nagħmlu l-ballet, il-contemporary u l-jazz, nagħmlu żfin modulari, imbagħad tap u l-ispanish.”

Nathan Dimech qal “biex niżviluppa t-talent tal-arti, u minn dejjem kont inħobb l-arti.”

Riona Degiorgio qalet “jien minn dejjem kont inħobb il-mużika u vera xtaqt nidħol f’din l-iskola.”

F’ċerimonja li matula l-istudenti tellgħu produzzjoni għall-okkazzjoni, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li din hija t-tieni skola nazzjonali wara l-iskola nazzjonali tal-isport, li permezz tagħha l-istudenti qed jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ‘l quddiem hemm il-ħsieb li ssir aktar speċjalizzjoni fi skejjel eżistenti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal “kif ukoll f’oqsma oħra l-Ministru stess semma fuq żgħażagħ li jeċċellaw fil-qasam tax-xjenza. Dan huwa mudell li jidher li qed jirnexxi ħafna u allura rridu nkomplu nseddquh.”

Żied jgħid li madankollu filwaqt li jingħata ċ-ċans lil kulħadd sabiex jibbrilla, anki l-iskejjel fejn jattendu l-maġġoranza tal-istudenti jkollhom għadd ta’ opportunitajiet biex ħadd ma jaqa’ lura.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar