Sport
Inawgurata t-trakka tal-go karts tal-Island Karting Club f’Ħal Far

Ġiet inawgurata trakka ġdida tal-go cart f’Ħal Far mifruxa fuq 22,000 metru kwadru. Id-dilettanti tal-motorsport qalu li kienu ilhom is-snin jistennew li jkollhom trakka tal-go carts bi standards internazzjonali.

Ġiet inawgurata f’Ħal Far trakka tal-go carts b’tul ta’ 937 metru mifruxa fuq 22,000 metru kwadru ta’ art.

It-trakka saret b’investiment ta’ aktar min nofs miljun ewro, il-maġġoranza tagħhom thallsu minn Infrastructure Malta u parti minnhom mill-klabb tal-carting.

Kif spjega l-President tal-Island Carting Club, Jason Mangion, din it-trakka toffri opportunitajiet ġodda għat-taħriġ u t-tlielaq b’mod sigur. Spjega li se jkunu jistgħu jinstaqu numru kbir ta’ carts fl-istess ħin u se jiżdiedu l-kategoriji ta’ carts li se jieħdu sehem. It-trakka tista’ tintuża wkoll minn mimimotos u scooters.

”Konna ilna snin twal nistennewha. Dejjem imxew pass u waqaf ix-xogħol. Naħseb ilna għaddejjin issa ‘l fuq minn 20 sena fiha li beda l-proċess sakemm wasalna hawnhekk illum. Fl-aħħar għandna xi ħaġa lesta.”

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, qal li b’din it-trakka ġdida ħafna tfal, żgħażagħ u adulti se jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport tal-go-carts. Dr Borg qal li it-trakka tista’ tintuża għat-testing mill-istudenti li jiżviluppaw carts bħala parti mill-esperjenza tagħhom fl-Università. Qal li l-impenn tal-Gvern għal faċilitajiet sportivi huwa impenn sħiħ. Il-Ministru Borg qal li f’Malta hawn nies kapaċi u għalhekk tajjeb li jkollna faċilitajiet adegwati fejn jitħarrġu u jikkompetu.

”Konvint li anke minħabba d-disinn u anke l-approvazzjoni tal-FIA, jistgħu jkunu utli għal diversi dixxiplini tal-motorsports, nafu kemm hawn dilettanti, u ma jiddispjaċina xejn li għamilna dan l-investiment.”

Il-Ministru Borg qal li dan mhux l-ewwel proġett li l-Gvern għen fil-qasam sportiv. Semma l-Mtaħleb, grounds, u klabbs tal-football f’Marsaskala, is-Siġġiewi, ix-Xgħajra u l-Kalkara. Qal li sar ukoll investiment fil-pixxina f’Marsaskala u f’diversi klabbs tat-tennis u tal-boċċi.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar