Lokali
Inawgurata t-triq il-ġdida li minn Ħal Luqa tagħti għal Santa Luċija

Dalgħodu l-Ministru għall-Infrastuttura Ian Borg inawgura t-triq il-ġdida li minn Ħal Luqa tagħti għal Santa Luċija, proġett li sewa  €2 miljun.

Il-Ministru qal li l-proġett tlesta qabel ma t-tfal jibdew skola biex it-traffiku issa se jkollu iktar aċċess kemm għan-nofsinhar ta’ Malta u anki għall-inħawi fosthom tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

It-triq il-ġdida minn Infrastuttura Malta issa għandha żewġ korsiji fuq kull naħa għall-vetturi, korsija oħra għal min irid jimxi, u korsija oħra sigura għal dawk li jridu jsuqu r-rota.

Qal li dan il-proġett kien jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid taż-żewġ karreġġjati u titjib tal-junctions li jmissu magħhom, inkluż korsiji ġodda li jagħtu għar-roundabout u titjib tal-aċċess minn u lejn Santa Luċija.

Din it-triq ta’ kilometru issa għandha żewġ waqfiet ġodda għall-karozzi tal-linja li jipprovdu lir-residenti ta’ Santa Luċija aċċess aħjar għat-trasport pubbliku. Infrastructure Malta żiedet ukoll pelican pedestrian crossings biex tkun tista’ taqsam bejn dawn iż-żewġ waqfiet tal-linja, kif ukoll biex minn Santa Luċija tasal fil-korsija ġdida għall-mixi u r-roti tul it-triq. Il-kuntratturi tal-proġett installaw sistema ta’ dwal fit-triq b’bozoz LED u saru crash barriers ġodda bejn il-karreġġjati. Il-junctions li jgħaqqdu din it-triq ma’ Santa Luċija ġew iddisinjati u mibnijin mill-ġdid b’mod li jitnaqqsu r-riskji t’aċċidenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Miet jagħmel l-aktar ħaġa għal qalbu . . . jaħdem il-karrijiet tal-Karnival. Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy, se jagħlaq sitt xhur mindu ħa xokk f’maħżen tal-Karnival li ħallieh tal-post….

Negozju

It-tarzna ta’ Bormla ser ikollha sidien ġodda hekk kif il-kumpanija Palumbo lesta li tbiegħ nofs l-ishma tagħha lil kumpanija MSC Cruises. Il-proċess għal dan it-trasferiment tal-ishma diġà beda tant li…

Parlament

L-ex Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, ippreżenta l-ittra ta’ riżenja minn Deputat Parlamentari lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia. Fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament, Dr Busuttil qal li l-Qrati fallew milli…

Aktar