Lokali
Inawgurati l-kwartieri ġodda ta’ kumpanija tal-Gaming, minn 2 impjegati llum tħaddem 650
Inawgurati l-uffiċini l-ġodda tal-kumpanija Gaming Innovation Group li minn żewġ impjegati fl-2012, illum qed tħaddem 650 impjegat u qed tfittex mad-90 ħaddiem ieħor. Il-Kap Eżekuttiv, Robin Reed, qal li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tiftaħ erba’ sulari oħra ta’ uffiċini f’Pender Gardens San Ġiljan.

In-Norveġiż Robin Eirik Reed qal li żjara f’Malta fl-2010, wasslitu biex sentejn wara beda kumpanija tal-gaming waħdu flimkien ma’ impjegat ieħor, u llum il-kumpanija tant kibret li fetaħ kwartieri mill-iktar moderna ħdejn il-bajja ta’ San Ġorġ San Ġiljan u se jkompli jkabbar b’iktar uffiċini ftit ‘il fuq minn dan il-bini. Robin Reed qal li r-raġuni għalfejn ġie Malta hi għaliex f’pajjiżna sab spazju fejn jagħmel suċċess, b’ekonomija li hija fost l-aqwa fid-dinja.

Robin Eirik Reed qal li “what i saw is an amazing community, and in Malta one had understood the digital industry, all the resources, an agile community and we thought it is perfect to be here”.

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li l-inawgurazzjoni ta’ dawn l-uffiċini l-godda tal-GIG huma turija ċara ta’ kif l-industrija tal-gaming kompliet tkabbar l-għeruq tagħha f’pajjiżna. Dr Muscat qal li l-pajjiż fehem din l-industrija u li qed jilħaq id-domanda li qed jitlob dan is-suq li dejjem qed jikber u jkabbar l-impjiegi. Qal ukoll li 30% tal-ħaddiema ta’ din il-kumpanija huma Maltin, u dan ifisser li l-ħaddiema Maltin qed ikollhom ukoll aċċess għall-impjiegi ta’ kwalità f’din l-industrija.

Waqt li wera l-uffiċini l-ġodda lill-Prim Ministru, u laqqgħu mal-ħaddiema, il-Kap Eżekuttiv Robin Reed qal li l-kumpanija timmotiva l-impjegati tagħha, u tagħtihom kollazzjon organiku u anki l-ikel ta’ nofsinhar bla ħlas, spazju rikreattiv u anki spazju fejn jistgħu jużaw gym bla ħlas. Qal li l-kumpanija tagħti flessibilità ta’ xogħol lill-impjegati tagħha, fosthom nisa li jingħataw ċans li jaħdmu mid-dar, u l-leave tal-paternità għal dawk li jkollhom l-ulied jikkonsisti f’sitt ġimgħat ta’ leave mħallas mill-kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-uffiċċji tal-BirdLife Malta f’Ta’ Xbiex sfaw misruqa matul il-lejl li għadda. Fi stqarrija l-BirdLife qalet li persuni mhux magħrufa żgassaw il-bieb, daħlu fil-bini, u serqu xi flus u oġġetti oħrajn,…

Qorti

Mara u raġel spiċċaw imwiddba mill-Qorti biex iżommu l-purtieri tal-kamra tas-sodda magħluqa, wara li xi persuni lemħuhom waqt l-att sesswali fil-gallarija. Il-koppja, li huma turisti Ukreni, ġibdu l-attenzjoni ta’ persuni…

Politika Lokali

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat, spjega li fid-deċiżjoni li ħa l-Gvern Malti dwar l-immigrazzjoni ntlaħaq bilanċ bejn l-interess nazzjonali u d-dinjità umana. F’intervista fuq ONE Radio, Dr…

Qorti

Mandy Cassar ta’ 29 sena mis-Swieqi dalgħodu tressqet il-Qorti u wieġbet mhux ħatja għall-akkużi ta’ importazzjoni ta’ iktar minn nofs kilo kannabis bl-iskop li tiġi traffikata. Il-Maġistrat Joe Mifsud ma…

Aktar