Politika
Inawgurati l-kwartieri tal-Awtorità Maltija tal-Innovazzjoni Diġitali fl-Imrieħel

Fl-Imrieħel, inawgurati l-kwartieri ġodda tal-Awtorità Maltija tal-Innovazzjoni Diġitali.

Il-Ministru tal-finanzi Edward Scicluna qal li Malta qed titqies bħala xempju ta’ eċċellenza f’dan is-settur minħabba l-mod kif irnexxielha toħloq leġislazzjoni aġġornata u sistema ta’ regolamentazzjoni u lliċenzjar għas-settur diġitali. Spjega li s-sistemi tal-cryptocurrencies u l-ekonomija diġitali huma rivoluzzjonarji u jistgħu isarrfu għall-benefiċċji sostanzjali għall-ekonomija.

Qal li l-Gvern qed isaħħaħ l-leġislazzjoni biex ma jkunx hemm abbużi b’sistemi li jiskrutinizzaw inidividwi u operazzjonijiet li jistgħu itellfu mix-xogħol tal-awtorita’.

Is-Segretarju Parlamentari għas-servizzi finanzjarji Clayton Bartolo qal li li l-gvern huwa impenjat li jonora u jwettaq l-viżjoni li Malta tkun hub teknoloġiku internazzjonali. Qal li huwa għal dan il-għan li qed isir xogħol biex l-infrastruttura tkun adegwata u jitħarrġu ħaddiema biex ikollhom il-kompetenzi u l-ħiliet neċessarji biex joperaw fis-settur.

Is-Sur Bartolo qal li l-MDIA ġiet identifikata bħala l-awtorita kompetenti mill-Unjoni Ewropea fl-iċċertifikar tas-sistemi tas-sigurtà cyber u diġa’ implimentat b’suċċess għadd ta’ inizjattivi diġitali.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar