Blockchain u Cryptocurrency
Inawgurati l-uffiċini Dr Werner and Partner

Inawgurati l-uffiċini Dr Werner and Partner, ditta li toffri servizzi legali fl-oqsma tat-taxxa internazzjonali, kif ukoll servizzi fil-qasam finanzjarju.

Fl-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri qal li Dr Werner and Partner irrikonoxxew ħidmet il-Gvern biex Malta jkollha infrastruttura regolatorja b’saħħitha fil-qasam Distributed Ledger Technology biex tkun fuq quddiem nett fl-industrija tal-blockchain.

Huwa laqa’ wkoll id-deċiżjoni tal-kumpanija fil-qasam tal-blockchain aPay Systems, li għandha l-ħsieb li tikseb liċenzja Maltija. Żied li din issegwi l-aħbar tal-awtorità għas-servizzi finanzjarji li rċeviet 34 ittra minn kumpaniji li jridu jibdew jipprovdu servizzi ta’ Assi Finanzjarji Virtwali magħrufa bħala VFA, 21 minnhom għandhom x’jaqsmu mas-skambju ta’ assi virtwali.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Pay Systems Philipp Sauerborn faħħar ir-regolamentazzjoni ta’ Malta fil-qasam. Qal li Malta hi l-post ideali għal servizzi finanzjarji bbażati fuq il-blockchain.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Niżlu għal 10 il-każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta. Dan wara li għal darb’oħra, fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm ebda każ ġdid irreġistrat. Fuq nota pożittiva oħra fieqet persuna. Biex b’hekk…

Politika

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela qal li fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbilità fil-pajjiż. F’kummenti lill-midja wara li ġiet fi tmiema konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat f’ħidma oħra kontra t-traffikar tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qiegħda tinstaq…

Lokali

Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp u l-ippjanar (SPED) li fuqu l-bordijiet tal-ippjanar jieħdu d-deċiżjonijiet se jiġi rivedut fi proċess ta’ konsultazzjoni ta’ sitt ġimgħat li beda llum u li se jinkludi wkoll…

Aktar