Avjazzjoni
Inċentivi għat-turiżmu biex jirranka wara l-Covid-19

Madwar id-dinja pajjiżi li ma kinux milquta bil-goff mill-pandemija tal-COVID-19 qegħdin jiftħu l-fruntiera biex jilqgħu t-turisti saħansitra minn pajjiżi li ma kellhomx ħafna nies infetati bil-COVID-19. Il-pajjiżi tal-Mediterran li jiddependu ħafna fuq it-turiżmu, fosthom Ċipru, il-Greċja, Spanja, l-Eġittu u t-Tuneżija ser jibdew jilqgħu t-turisti, b’uħud minnhom qegħdin joffru inċentivi biex iħeġġu t-turisti jżuruhom.

Il-moral tal-persuni li kull sajf imorru fuq btala ħa spinta, hekk kif numru ta’ pajjiżi qegħdin jiftħu l-fruntiera u jneħħu r-restrizzjoni li daħlu minħabba l-pandemija.

Il-pajjiżi madwar il-Mediterran li bħal Malta għandhom introjtu sostanzjali mit-Turiżmu, bħat-Tuneżija, l-Eġittu, Ċipru u l-Greċja qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex jattiraw il-vjaġġaturi, hekk kir ser jibdew jilqgħu it-turisti lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Ċipru saħansitra beda jilqa’ t-turisti sa min din il-ġimgħa stess.

L-industrija iżda qed tiffaċċja sfidi ġodda minħabba li ħafna pajjiżi fosthom ir-Renju Unit qegħdin iħeġġu liċ-ċittadini tagħhom biex iqattgħu l-btajjel tagħhom fil-pajjiż stess flok jivvjaġġaw.

Il-Greċja biex tħajjar turisti jżuru l-pajjiż naqqset ir-rata tal-VAT fuq it-trasport, inkluż l-ivvjaġar bl-ajru kif ukoll fuq ix-xorb. Fi Franza l-aktar pajjiż li jżuruh turisti, minn nhar it-Tnejn ser jibda jilqa’ t-turisti minn pajjiżi Ewropej, iżda ċittadini ġejjin mir-Renju Unit u Spanja, fost oħrajn iridu jagħmlu ġimagħtejn kwarantina.

Spanja, bħal Malta ser tiftaħ il-fruntieri fl-ewwel ta’ Lulju, iżda sa issa mhux ser ikunu jistgħu jiġu turisti minn Spanja lejn Malta u lanqas Maltin imorru fi Spanja.

Il-gżejjer Baleariċi li huma popolari mat-turisti, fosthom Ibiża u Mallorca, nhar it-Tnejn ser jilqgħu mas-6,000 turist Ġermaniż bħala proġett pilota għall-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-COVID-19.

Filwaqt li t-turiżmu lejn l-Ewropa mill-Istati Uniti għadu wieqaf, il-linji tal-ajru qegħdin jittamaw li l-ftuħ tal-fruntieri jagħti ftit nifs lil-linji tal-ajru li l-pandemija tefgħet fl-akbar kriżi li qatt kellha l-industrija tal-avvjazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar