Kronaka
Inċident bejn tliet vetturi fil-Fgura

Tliet persuni indarbu f’aċċident li seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tal-10.15 fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.

Il-vittmi huma tfajla li ndarbet gravi u żewġ irġiel, li wieħed minnhom indarab gravi wkoll. Fl-aċċident kienu involuti tliet vetturi waħda minnhom misjuqa minn Sirjan ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi li miegħu kellu tliet passiġġiera, it-tlieta rġiel u tnejn minnhom indarbu.

Vettura oħra kienet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena toqgħod Raħal Ġdid li ndarbet gravi u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena mill-Fgura li ma sofra ebda ġrieħi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Aktar