Kronaka
AĠĠORNAT: Jindarbu ħafif f’inċident fit-Triq Tal-Barrani

Dalgħodu għall-ħabta tat-8am seħħ inċident fit-Triq Tal-Barrani fl-inħawi taż-Żejtun.  Jidher li hemm żewġ karozzi li ħabtu fl-inċident meta kienu qed isuqu fl-istess direzzjoni.

Fuq il-post kien hemm ambulanza u tim mediku biex jassistu lil żewġ nisa bit-tfal li kienu qed isuqu l-karozzi nvoluti fil-ħabta.  Jirriżulta li n-nisa u t-tfal sofrew minn ġrieħi ħfief.  Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija fuq il-post għall-istħarriġ.

Konsegwenza ta’ dan l-inċident, għal xi ħin il-karreġġjata fid-direzzjoni ta’ Bir id-Deheb kien hemm konġestjoni tat-traffiku.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Aktar