Inċident ieħor tat-traffiku b’mutur fil-Marsa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 51 sena ttieħed l-isptar għall-kura  wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15 a.m. mar-roundabout qrib il-fabbrika tas-sulfarini fil-Marsa.

Il-mutur tat-tip Yamaha kien involut f’ħabta ma’ karozza li kien qed isuq raġel ta’ 65 sena mill-Gudja.

Is-sewwieq tal-mutur mhuwiex fil-periklu tal-mewt.