Lokali
Inċident mhux tas-soltu jikkawża konġestjoni f’Santa Luċija

F’Santa Luċija diversi sewwieqa spiċċaw inqabdu għal xi ħin fit-traffiku wara li xufier ta’ vann waqgħulu eluf ta’ karti f’nofs ta’ triq.

Filmat mibgħut lil tvm.com.mt juri r-roundabout fuq il-mini l-ġodda ta’ Santa Luċija miksija bil-karti li waqgħu minn fuq it-trakk.

Il-filmat miġbud minn passiġġier f’karozza, juri ż-żewġt irġiel jagħmlu l-almu tagħhom biex jiġbru kemm jista’ jkun karti li waqgħu minn fuq il-vann qalb ruxmata karozza.