Kurżitajiet
Inderru lit-tfal ma jużawx it-teknoloġija waqt il-ħin tal-ikel

L-użu tal-mobiles u tablets waqt il-ħin tal-ikel u tal-irqad għandu jinqata’.

Dan qalu l-kap tad-dipartiment tas-saħħa tal-Ingliterra, Matt Hancock fid-dawl ta’ każijiet allarmanti ta’ suwiċidju fit-tfal u żgħażagħ.

Is-Sur Hancock qal li l-ġenituri għandhom jibdew jedukaw aħjar lit-tfal tagħhom dwar l-użu għaqli tat-teknoloġija filwaqt li l-industrija tal-midja soċjali għandha taħdem għas-sigurtà tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Hancock jemmen ukoll li kull sagħtejn, it-tfal għandhom jaqtgħu ftit mill-użu tat-teknoloġija.

Dan id-dibattitu tqajjem wara li missier tifla Ingliża (Molly Russell) qal li Facebook u Instagram wasslu għall-mewt ta’ bintu bil-kontenut li kien hemm fuqu.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar