Barranin
INDJA: Tifla ta’ 3 snin tinstab f’għadira demm wara li ġiet stuprata

Fl-Indja, tifla ta’ 3 snin ġiet stuprata fid-dar fejn tgħix fi New Delhi.  It-tifla nstabet fuq it-taraġ mimlija demm u mitlufa minn sensieha.

L-aggressur huwa raġel ta’ 40 sena li suppost kien qed jieħu ħsiebha.  Huwa ġie arrestat mill-Pulizija.  It-tifla ttieħdet l-isptar u ġiet operata minnufih.  Hija qed tinżamm taħt osservazzjoni kontinwa minħabba li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

L-istupru ta’ din it-tifla jaħbat mal-anniversarju tal-mewt ta’ studenta Indjana li ġiet stuprata fuq kowċ privata minn sebat irġiel, fosthom ix-xufier.  Hija mietet 13-il jum wara li seħħ l-istupru.

Il-każ kien qajjem furur sħiħ tant li kien hemm protesti kbar biex titqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza sesswali u l-omertà dwar l-istupri għas-spejjeż tat-tfal innoċenti fl-Indja.

Minkejja l-isforz li qed isir, 52% tat-tfal Indjani jiġu abbużati, tant li kull 155 minuta tifel jew tifla taħt is-16-il sena jgħaddu minn xi każ ta’ vjolenza.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li qabeż minn gallarija fil-11-il sulsar ta’ cruise liner li kien sorġut fil-Bahamas jista’ jgħoddha b’waħda, hekk kif ħeles biss bi ftit uġigħ. Wara l-episodju Nick Naydev, Kanadiż ta’…

Barranin

Il-kumpanija ferm popolari tal-fast food, McDonald’s, tilfet it-trademark tal-Big Mac f’battalja legali ma’ kompetitur Irlandiż. Fil-Qorti, il-Kumpanija Irlandiża Supermac tkellmet dwar kif il-kumpanija Amerikana McDonald’s serqet it-trademark tagħhom. Pat McDonagh,…

Barranin

Il-Ġermanja qed tikkunsidra li timblokka lill-kumpanija Huawei minn fuq in-network 5G. Dan hekk kif il-pajjiż qed jesplora regolamenti tas-sigurtà aktar stretti, li permezz tagħhom il-prodotti tal-Huawei ma jkunux jistgħu jintużaw…

Aktar