Barranin
Indjan ħati li qatel lil martu b’kobra

Raġel Indjan ġiet kkundannat sentenza doppja u rari ta’ għomor il-ħabs wara li nstab ħati li qatel lil martu meta keskes lil kobra biex jigdimha.

Sooraj Kumar ġie arrestat is-sena li għaddiet wara li martu mietet kawża ta’ gidma ta’ serp.

Huwa beda jiġi investigat mill-pulizija wara li l-qraba tal-vittma allegaw li kien żewġha li temmilha ħajjitha.

Is-sentenza ngħatat it-Tnejn li għadda, bil-qorti sabitu ħati li telaq il-kobra fuq is-sodda waqt li martu Uthra kienet rieqda.

Il-mara li kellha 25 sena nstabet mejta fid-dar tagħha f’Mejju tas-sena li għaddiet.

Il-qraba tagħha għokrithom għajnejhom dwar żewġha wara li l-mara kienet diġà ngidmet minn serp ieħor ħmistax qabel il-każ.

Mill-invesstigazzjonijiet tal-pulizija ħareġ li żewġha Sooraj kien il-moħħ wara ż-żewġ attentati. Huma arrestaw ukoll raġel li għenu jixtri ż-żewġt isriep. Fil-fatt kien hu li għen lill-pulizija biex jistabbilixxu l-fatti dwar il-każ.

Sit elettroniku Indjan qal li l-pulizija ġabru b’aktar minn elf paġna evidenza li kienet turi l-pjan li ħejja r-raġel biex joqtol ll martu.

Il-Prosekuzzjoni argumentat li dan kien każ rari ħafna u talbet li l-akkużat jingħata l-piena tal-mewt.

Il-Qorti qablet li dan kien każ rari u kkundannatu sentenza doppja ta’ għomor il-ħabs u ordnatlu jħallas multa ta’ 500,000 Rupee.