COVID-19
Indjani fi kjuwijiet twal biex jixtru l-ossiġnu

Dak li fil-ħajja ta’ kuljum nieħduk mingħajr ma nħallsu għalih u mingħajr ma nindunaw sar għandu prezz għoli mmens fl-Indja.

Hekk kif is-sistema tas-saħħa fil-pajjiż qed tiġġarraf u l-isptarijiet mhux ikollhom biżżejjed ossiġnu għall-pazjenti bil-Covid-19, ħafna Indjan qed jagħmlu minn kollox biex jixtru dak li mingħajru l-bniedem imut.

Fuq il-mezzi tax-xandir, u anke l-media soċjali, dehru ritratti u filmati ta’ nies fil-kjuwijiet jistennew biex jixtru ċilindri bl-ossiġnu ħalli jgħinu lill-qraba tagħhom li litteralment qegħdin bla nifs.

Dan wassal biex fil-pajjiż hemm min jagħmel negozju minn fuq il-miżerja ta’ dawn in-nies u saħansitra ġie rrappurtat li hemm min qed jgħolli l-prezz bid-doppju, minn €250 għal €500.