Lokali
Industrija ġdida li tirriċikla l-ġebla

Il-Gvern ħabbar li se jintroduċi skemi biex jinċentiva l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proċess li jikkonverti l-ġebla skartata mill-kostruzzjoni għal ġebla ġdida permezz ta’ proċess ibbażat fuq riċerka tal-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li l-gvern huwa kommess li jibda jwettaq il-proċess ta’ riskostruzzjoni ta’ ġebel skartat għall-ġebla ġdida. Il-Ministru Schembri li kien qed jitkellem f’seminar dwar it-trasformazzjoni tal-ekonomika għal waħda ċirkulari, qal li b’rieda politika u b’inċentivi, il-Gvern irid jiffaċilità l-proċess biex jistabilixxi s-suq għal ġebla rikostitwita.

“Ngħinu lill-industrija fosthom bi skemi wkoll biex nagħmlu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ din il-ġebla waħda vijabbli fosthom b’għajnuniet lil developers u b’għajuniet lil min qed jipproduċu il-ġebla minn dan il-waste biex ikunu jistgħu jagħmlu dan u b’hekk jinħoloq il-bilanċ bejn il-progress u l-ambjent”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks Karl Azzopardi qal li l-iskart tal-kostruzzjoni huwa sfida minħabba fost oħrajn in-nuqqas ta’ spazju. Qal li l-Malta Industrial Parks appoġġat ir-riċerka biex il-ġebla skartata tkun ittrattata u konvertita f’materjal ġdid li jerġa jintuża għall-bini.

“Dan timmontah b’tali mod li jtik saħħa aħjar mill-ġebla Maltija kif nafuha illum. Dan jirriżulta li l-prototyping li sar li saru id-design mixes li toħoq l-istrata differenti tal-ġebla Maltija kif nafuha illum.”

Il-Professur Dione Buhagiar mill-Università ta’ Malta qal li l-iskart iġġenerat mill-industrija tal-bini jitfarrak fi trab fin u jitħallat ma’ kimiċi biex isir ġebla ġdida li tista’ tingħata wkoll kwalitajiet partikolari biex terġa tintuża. Mistoqsi kemm huwa vijabbli li l-ġebla rikostitwita tkun kkumerċjalizzata meta l-prodott riċiklat huwa 20% ogħla mill-valur tal-ġebla naturali, il-Professur Buhagiar qal li l-ispiża tiddependi minn bosta fatturi.

“Irridu naraw l-manifattura kemm se tinvesti biex tagħmel il-prodott, trid tara l-iskart li hemm fil-barrieri li nistgħu noħorġu kemm se noħorġu biex nagħmlu dan, kemm se jinbigħ lura għax bħalissa għandek xi €15 u biex dak tal-barrieri jerġa jbigħuli lura… ma tafx kemm se jgħidlek isma ħudu b’xejn jew twenty euros il-metru kubu,so there are two parameters that are still unknown, we only know costs of this once we see the economies of scale”.

Il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia qal li din it- tranżizzjoni m’għandiex titqies bħala ostakolu iżda bħala katalist għall-innovazzjoni li toħloq niċeċ ġodda għan-negozju u green jobs.

“Qed nara opportunità li jkollna industrija ġdida li tirriċikla l-ġebla issa r-rwol tagħna bħala gvern huwa li tkun feasible wkoll għall-pajjiż”.

Is-seminar sar wara li ngħalqet il-konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ strateġija dwar l-iskart tal-kostruzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar