Lokali
Industriji jistgħu jibbenefikaw sa €5,000 għall-verifiki dwar l-enerġija

L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija nediet skema ta’ rifużjoni għall-verifiki dwar l-enerġija għal intrapriżi żgħar u medji.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li b’dawn il-verifiki l-intraprizi jingħataw pariri kif inaqsu l-konsum. Huwa qal li l-Gvern se jkun qed joffri skemi li jgħinu lill-industriji jimplimentaw it-titjib rakommandat mill-audit. Permezz ta’ din l-iskema, l-industriji jistgħu jibbenefikaw sa €5,000, li f’ċertu każi tkopri l-ispejjeż kollha tal-energy audit. L-industriji li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema huma dawk li l-konsum tal-elettriku tagħhom jaqbeż il-75,000kWh li jinkludi ristoranti, fabbriki u lukandi fost l-oħrajn.

Il-Ministru Mizzi qal kif permezz ta’ dawn il-verifiki, il-pajjiż ikompli fi triqtu sabiex jilħaq il-mira tiegħu dwar l-effiċjenza tal-enerġija sal-2020. L-iskema hi miftuħa sa tmiem is-sena d-dieħla, jew sakemm jittieħdu l-fondi kollha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon dalgħodu ta lill-Fondazzjoni Sebħ, €2.5 miljuni fuq medda ta’ tliet snin għal erbat’ idjar li jagħtu residenza lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom….

Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Aktar