Saħħa
Infermier Amerikan ħati li qatel pazjenti billi injettahom bl-arja

Infermier minn Texas instab ħati li qatel erba’ pazjenti billi injettahom bl-arja u issa qed jiffaċċja l-possibilità li jingħata l-piena kapitali.

William Davis (ritratt), ta’ 37 sena, instab ħati fi tmiem ġuri li kkommetta dawn l-omi`idji bejn Ġunju 2017 u Jannar 2018 fl-Isptar Christus Mother Frances.

Il-pazjenti, li kellhom bejn 47 sena u 74 sena, mietu minħabba ħsara fil-moħħ wara li David injettalhom l-arja fl-arterji.

William Davis ta’ 37 sena, instab ħati fi tmiem ġuri li kkommetta dawn l-omiċidji bejn Ġunju 2017 u Jannar 2018 fl-Isptar Christus Mother Frances.

L-erba’ pazjenti dehru li kienu qed jirkupraw sew wara l-operazzjonijiet li sarulhom u t-tobba ma setgħux jifhmu kif saħħithom bdiet sejra mill-ħażin għall-agħar.

Kien meta raw is-CT scans li ntebħu li kien hemm l-arja f’moħħ il-pazjenti u ġiehom suspett dwar x’seta’ ġara.

Il-ġurati li sabu lil Davis ħati ntwerew filmat meħud minn cameras tas-CCTV. F’dawn il-filmati huwa jidher dieħel f’kamra ta’ pazjent u tliet minuti wara l-magna bdiet iddoqq wara li l-qalb tal-pazjent bdiet tħabbat b’rata aktar mgħaġġla.

L-avukat tiegħu allegat li Davis ingħata t-tort biex l-isptar jaħbi n-nuqqasijiet tiegħu.

Il-prosekuturi qed jinsistu li David għandu jingħata l-piena kapitali għax ħa gost joqtol lill-vittmi tiegħu.