Kurżitajiet
Influencers offruti flejjes kbar għas-sess

Persuni hekk imsejħa influencers fuq il-midja soċjali, qed jiġu offruti eluf kbar ta’ flus għas-sess. Rapporti f’midja internazzjonali qalu kif il-midja soċjali, partikolarment l-Instagram, qed iservi bħal katalgu biex rġiel jagħżlu l-mara li jixtiequ.

Tyne-Lexy Clarson, waħda minn dawn l-influencers qalet li ġieli rċeviet dawn il-messaġġi. Qalet li ta’ 19-il sena, ġiet offruta £20,000 biex toħroġ tiekol u tixrob mal-persuna.

Wara li ħadet sehem fit-tieni edizzjoni tal-programm Love Island madanakollu, rċeviet imejl mingħand aġenzija li offritilha £50,000 għal ħamest iljieli f’Dubaj. Ġiet mitluba anke tiffirma ftehim ta’ ‘non-disclosure’, fejn tkun marbuta li ma tgħid lil ħadd b’dak li għamlet.

Clarson qalet li rrifjutat din l-offerta, iżda tibża li influencers li ma jkunux sejrin tajjeb, u ma jibdewx jirċievu oġġetti lussużi x’jirreklamaw, jaqgħu għal dawn it-tip t’offerti. Żiedet li dawn huma flus kbar għal xi nies, li bihom kapaċi jbiddlu ħajjithom.

Rosie Williams, influencer oħra li ħadet sehem fit-tielet edizzjoni ta’ Love Island, qalet li ġiet offruta £100,000 fis-sena, inkluż il-ħwejjeġ u l-basktijiet kollha tagħha, biex issir partner ta’ raġel f’Dubai.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

Barranin

F’Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Aktar